Wednesday, April 24, 2024

Żewġt anzjani jindarbu f’argument fil-Ħamrun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġt anzjani sofrew xi ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3:30 p.m kienu involuti f’argument li seħħ fi Triq il-Ferrovija fil-Ħamrun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 66 sena residenti Bormla kien involut f’argument ma’ raġel ieħor ta’ 71 sena residenti l-Fgura. 

Ir-raġel ta’ 66 sena ġie assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief. 

Ir-raġel l-ieħor, ta’ 71 sena mar f’ċentru tas-saħħa u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport