Tuesday, October 22, 2024

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ diversi serqiet

Aqra wkoll

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien ma’ tad-Distrett, wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel b’rabta ma’ każijiet separati ta’ serq. 

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet, raġel minnhom – raġel Libjan ta’ 38 sena residenti San Pawl ilBaħar – ġie identifikat li wettaq żewġ serqiet minn residenzi privati fiż-Żebbuġ, Għawdex u f’San Pawl il-Baħar. 

Għaldaqstant, is-Sibt li għadda, il-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Vjolenti, bl-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), daħlu f’appartament il-Ballutta fejn kien qed jistaħba r-raġel. Kif ir-raġel nnota lill-Pulizija, pprova jattakkahom b’arma li taqta’ u bil-ponta iżda twaqqaf mill-ewwel u ġie arrestat. Fortunatament, ħadd ma weġġa’. 

Ir-raġel l-ieħor – raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Tarxien – ġie arrestat fiż-Żejtun f’inqas minn 24 siegħa wara li seħħ il-każ. L-investigazzjonijiet urew li r-raġel kien l-aggressur f’serqa fuq żewġ persuni waqt li kienu qiegħdin fi Triq Id-Dugħ, f’Marsaskala nhar it-8 t’Awwissu, 2020. 

Allegatament, ir-raġel uża taser biex ibeżża’ lill-vittmi. Aktar tard illum, il-Pulizija se tressaq b’arrest lil dawn il-persuni quddiem il-Magistrat V. G. Axiaq LL.D b’akkużi relatati ma’ dawn iż-żewġ każi. 

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Sport