Raġel ġie arrestat fuq suspett ta’ qtil u attentat ta’ qtil b’rabta mal-qtil ta’ Olivia Pratt-Korbel ta’ disa’ snin f’Liverpool.
Ir-raġel ta’ 34 sena minn Liverpool qed jiġi interrogat minn investigaturi fi ħdan il-korp tal-Pulizija ta’ Merseyside.
Raġel ta’ 41 sena minn Knowsley, Merseyside, qiegħed jinżamm ukoll fuq suspett li seta’ assista lill-allegat ħati.
Olivia nqatlet fi sparatura waqt li raġel armat qabad raġel ieħor fid-dar tagħha f’Dovecot, Liverpool, fit-22 ta’ Awwissu li għadda.
Qabel dawn l-arresti, il-Pulizija ta’ Merseyside kienet arrestat żewġt irġiel fuq suspett ta’ qtil u żewġ akkużi ta’ attentat ta’ qtil iżda ħelsithom fuq pleġġ ġimgħa ilu.
Wieħed mill-irġiel, ta’ 36 sena, spiċċa ddaħħal il-ħabs wara li kiser it-termini.
Il-funeral taċ-ċkejkna mistenni jsir fil-15 ta’ Settembru u l-familja talbet li dawk li jattendu jilbsu lbies roża biex ifakkru l-karattru sabiħ tagħha.