Friday, November 15, 2024

Żewġt irġiel arrestati wara li allegatament ħebbew għal ieħor fl-Imqabba 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 63 sena u żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti l-Qrendi u l-Imqabba rispettivament, ġew arrestati mill-Pulizija ftit sigħat wara li allegatament ħebbew għal raġel ieħor u kkawżawlu ġrieħi ta’ natura gravi f’argument li seħħ jumejn ilu, fl-Imqabba. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija bdew meta raġel ta’ 42 sena residenti ż-Żurrieq, irrapporta fl-għassa li ftit tas-sigħat qabel, għall-ħabta tas-2:00 p.m, kien ġie aggredit minn żewġt irġiel. 

Allegatament waqt l-inċident, wieħed mill-aggressuri kellu fil-pussess tiegħu senter, li użah biex jagħti xi daqqiet bih lill-vittma. Minħabba li l-vittma sofra xi ġrieħi, huwa mar ġewwa ċentru tas-saħħa fejn ingħata l-assistenza medika. 

Aktar tard matul il-lejl, b’riżultat ta’ investigazzjoni intensiva, il-Pulizija identifikat liż-żewġ aggressuri u ġew arrestati fl-Imqabba stess. 

L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella. 

Ekonomija

Sport