Monday, May 13, 2024

Żewġt irġiel arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ droga u oġġetti misruqin

Aqra wkoll

Pulizija li kienu fuq ronda f’San Pawl il-Baħar waqqfu żewġt irġiel li bdew iġibu ruħhom b’mod suspettuż u fil-pussess ta’ wieħed minnhom instabet droga suspettata eroina flimkien ma’ basket mimli b’oġġetti ssiġillati u ġodda.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri rriżulta li l-affarijiet kienu għadhom kemm insterqu minn ħanut ftit tal-ħin qabel.

Ir-raġel tressaq il-Qorti dalgħodu, ammetta għall-akkużi u kien ikkundannat sentenza ta’ 3 xhur priġunerija.

Sport