Monday, May 13, 2024

ARA: The Rock jixtri dar lil raġel li jixtieq isir Champion tal-MMA biex jgħin lin-nies fil-villaġġ tiegħu

Aqra wkoll

Dwayne ‘The Rock’ Johnson ta dar ġdida bħala rigal lill-istilla tal-UFC Themba Gorimbo. 

L-istilla tar-wrestling u l-attur ta’ Hollywood ta sorpriża lil Gorimbo meta fl-aħħar jiem iltaqa’ miegħu fil-gym tiegħu f’Miami. Huwa skopra li Gorimbo ilu jorqod fil-gym sa minn meta ħalla pajjiżu biex jirrealizza l-ħolma li jibni karriera fl-MMA. 

The Rock skopra li Gorimbo kellu biss $7.49 fil-kont bankarju tiegħu qabel l-ewwel rebħa tiegħu f’Mejju li għadda u xtaq jgħinu minħabba li l-istorja tiegħu fakkritu kif hu kien warrab kollox biex jibda karriera fir-wrestling.

Iddeċieda li jagħmel dan billi jixtri dar għalih u għal familtu iżda ddeċieda li jagħtih sorpriża u stiednu biex jieħdu għand “ħabib” tiegħu li fil-verità ma kienx jeżisti. Kif waslu u daħlu Gorimbo seta’ jinnota ritratti tiegħu u ta’ familtu u ma setax jifhem u kien hawnhekk li The Rock qallu merħba f’darek.

The Rock qal li mill-ewwel darba li ltaqa’ miegħu u kellmu dwar il-ħolma tiegħu li mill-flus li jaqla jkun jista’ jgħin il-villaġġ fejn jgħix fiż-Żimbabwe, jiġġieled għat-tama u l-bidla ddeċieda li ma setax ma joffrilux spalla biex jirrealizza din il-ħolma.

Sport