Monday, July 15, 2024

Żewġt irġiel bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2.15pm kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.

Il-Pulizija qalu li huma ġew informati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Vjal l-Indipendenza, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Opel Combo misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Qormi u Nissan E-NV200 misjuqa minn raġel ta’ 38 sena u joqgħod Birkirkara. Fl-Opel, kien hemm ukoll Indjan ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq.

L-irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u t-tnejn li kienu fl-Opel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport