Thursday, December 26, 2024

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi wara argument f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tat-3:00 a.m., il-Pulizija ġiet mitluba tintervjeni f’argument li seħħ fi Triq Paceville, San Ġiljan.

Mal-wasla tagħhom fuq il-post, il-Pulizija sabu Libjan ta’ 41 sena bi ġrieħi f’wiċċu. Huwa allega li ftit minuti qabel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor li telaq minn fuq il-post.

Waqt li kienu fuq dan ir-rapport, pulizija oħra li kienu fuq ronda fi Ġnien Spinola nnutaw Ingliż ta’ 27 sena li kellu wkoll xi ġrieħi. Il-Pulizija avviċinawh u huwa allega li ftit minuti qabel kien ukoll involut f’argument.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żewġt irġiel kellhom argument bejniethom u allegatament waqt l-istess argument kien intuża flixkun tal-ħġieġ. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport