Friday, November 22, 2024

Żewġt irġiel jindarbu f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Aqra wkoll

Żewġt irġiel indarbu wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dawret il-Gudja, Gudja. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq mir-raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żabbar, u vettura Nissan, misjuqa mir-raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Għaxaq. 

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, tal-mutur ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport