Ritratt li qiegħed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta juri żewġt itfal flimkien ma’ ommhom jibku fuq il-qabar ta’ missierhom fl-Iran.
Il-missier kien wieħed mill-eluf kbar li ħarġu jipprotestaw kontra r-reġin Iranjan u spiċċa nqatel. Kulma ried il-missier li wliedu jkollhom ħajja aħjar f’pajjiżhom stess, iżda r-reġin waqt il-protesti li kienu qegħdin isiru beda jispara bl-addoċċ fuq id-dimostranti u wieħed mill-vittmi kien missier dawn iż-żewġt itfal.

