Monday, December 23, 2024

Żewġt itfal jeħilsuha ħafif wara li mara tilfet il-kontroll u nqalbet f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Mara u żewġt itfal weġġgħu wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Vjal De La Cruz f’Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li mara ta’ 24 sena residenti l-Birgu, kienet qed issuq Toyota Vitz meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll, ħabtet ma’ Renault Megane li kienet ipparkjata u nqalbet. Fit-Toyota kien ukoll tifla ta’ erba’ snin u tifel ta’ sena. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-persuni involuti l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġt itfal ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif. 

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport