Thursday, November 14, 2024

Zidane u Benzema ma’ Paris St-Germain?

Aqra wkoll

L-ex coach ta’ Real Madrid, Zinedine Zidane, jista’ jerġa’ jingħaqad mal-kompatrijott Franċiż ,Karim Benzema ma’ Paris Saint-Germain fis-sajf li ġej.

Il-ġganti tal-Ligue 1 huma maħsuba li qed jippreparaw għat-tluq ta’ Kylian Mbappe u l-manager Mauricio Pochettino, li kienu marbuta ħafna ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-Parc des Princes.

B’Didier Deschamps se jibqa’ fit-tmexxija tat-team nazzjonali Franċiż, Zidane issa huwa maħsub li huwa kandidat b’saħħtu biex jieħu f’idejh lil PSG mingħand Pochettino jew fis-sajf li ġej jew fis-sajf tal-2023, bl-Arġentin mistenni jieħu post il-manager interim ta’ Manchester United Ralf Rangnick fit-tmun tar-Red Devils.

PSG identifikaw lil Benzema bħala sostitut dirett għal Mbappe, li m’għandux kuntratt f’Ġunju tal-2022.

Il-wasla tal-player ta’ 34 sena f’Pariġi tkun ‘ċavetta’ fl-insegwiment tagħhom lejn Zidane, li hu mifhum li hu ħerqan li jerġa’ jaħdem mal-attakkant, kif ukoll mad-difensur Sergio Ramos li ngħaqad ma’ PSG mingħand Real Madrid dan is-sajf.

Benzema kien wieħed mill-istilel ta’ Zidane waqt il-perjodu ta’ tmexxija tiegħu fis-Santiago Bernabeu, li rahom jirbħu tliet edizzjonijiet taċ-Champions League.

L-attakkant ta’ esperjenza skorja 297 goal f’581 dehra għal Los Blancos fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi 18-il goal fi 22 partita dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport