Sunday, December 22, 2024

Żieda fost dawk li qasmu l-fliegu fl-ewwel tliet xhur tas-sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet kemm f’dawk li huma vjaġġi kif ukoll passiġġieri u vetturi li qasmu l-fliegu meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. 

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li fl-ewwel tliet xhur tal-2022, saru total ta’ 9,402 vjaġġ, li bejniethom ġarru 1,029,237 passiġġier. L-aktar xahar bieżel kien Marzu, meta kienu rreġistrati b’kollox 3,592 vjaġġ (38.2%).

Trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

L-istatistika turi li kien hemm total ta’ 961,978 passiġġier li vvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, li jfisser żieda ta’ 35.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena 2021. L-akbar għadd ta’ passiġġieri kien irreġistrat fi Frar (348,171). 

Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, in-numru ta’ vetturi żdiedu b’20.6%, biex laħħqu l-406,285. Fl-istess waqt, in-numru ta’ vjaġġi fl-ewwel kwart tas-sena jammontaw għal 7,883, li jfisser żieda ta’ 28.4%.

Trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, saru b’kollox 1,519-il vjaġġ bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta, li bejniethom ġarru total ta’ 67,259 passiġġier. Ix-xahar ta’ Marzu rreġistra l-akbar għadd ta’ vjaġġi f’dan il-perjodu (580) kif ukoll l-akbar numru ta’ passiġġieri (26,508). 

Ekonomija

Sport