Saturday, December 28, 2024

Żieda sostanzjali fil-passiġġiera li waslu pajjiżna bil-cruise liners fit-tieni kwart tas-sena

Aqra wkoll

It-total ta’ passiġġieri li waslu f’pajjiżna bil-cruise liners fit-tieni kwart tas-sena kienu jammontaw għal 137,338. Dan ifisser żieda sostanzjali ta’ 113,901 passiġġier meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li bejn April u Ġunju li għadda daħlu Malta 102 cruise liners, 83 aktar minn kemm daħlu fl-istess kwart tas-sena li għaddiet. Bħala medja, kull bastiment ġarr 1,356 passiġġier, 113 aktar mis-sena ta’ qabel. 

L-istatistika turi li 48.8% tal-passiġġiera kienu ġejjin minn stati membri tal-Unjoni Ewropea. L-akbar swieq kienu l-Ġermanja (17.7%) u l-Italja (13.1%). 

Kien hemm 70,295 passiġġier li waslu minn pajjiżi mhux fl-UE, li minhom 65.2% kienu mir-Renju Unit u 22.1% mill-Istati Uniti. 

Dan filwaqt li l-akbar ammont ta’ passiġġiera li waslu f’pajjiżna bil-cruise liners kellhom bejn 60 u 79 sena segwiti minn dawk bejn 40 u 59 sena.

Meta wieħed iħares lejn l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, isib li t-total ta’ passiġġiera tal-cruise liners kienu jammontaw għal 162,538. Minn dawn 53.5% kienu ġejjin minn stati membri tal-UE. 

Ekonomija

Sport