Wednesday, December 25, 2024

Żieda sostanzjali għal dawk li jiċċaħħdu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb persuni b’diżabbiltà severa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru jtenni l-impenn ta’ garanzija u serħan il-moħħ lill-poplu kollu

Waqt diskussjoni fil-programm AWLA minn Misraħ Lewża, San Ġwann, Il-Prim Ministru ħabbar li jekk jiġi fdat fis-26 ta’ Marzu, Gvern Laburista għandu mħejjija miżura oħra tant għal qalbu. Din se tinkludi lil dawk il-carers li jieħdu ħsieb lil tfal jew adulti b’diżabbiltà severa, dawk il-ġenituri li jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom, jew qraba li jieħdu ħsieb persuni b’diżabbiltà severa li timpedihom milli jmorru għax-xogħol. Wara li din l-għajnuna żdiedet fl-aħħar budget għal €500, jekk dan il-gvern jerġa’ jingħata l-fiduċja, dik l-għajnuna se tiżdied minn €500 fis-sena għal €4,750 fis-sena. 

Rigward is-settur tad-diżabbiltà, Abela tkellem dwar proġetti li saru fosthom dak ta’ soċjetà ġusta bi proġetti ta’ djar fil-komunità. Huwa qal li fic-Child Development Assesment Unit (CDAU) jeħtieġ li jsir aktar u għalhekk sa din il-ġimgħa l-gvern ħabbar li se jkun qiegħed jerfa’ l-ispiża ta’ occupational therapists li jaħdmu fil-privat u li joffru s-servizz tagħhom fis-saħħa pubblika. Abela kompla biex jgħid li dan il-gvern waqt pandemija ra ż-żieda fis-sejħa għal dan is-servizz u għalhekk ried jaħdem iżjed.

B’hekk, gvern ġdid Laburista se jkun qiegħed joffri binja moderna u adekwata għan-neċessitajiet tal-lum fejn jidħlu servizzi tas-CDAU. Barra minn hekk se jiġi eliminat l-inkonvenjent b’ċentru ta’ CDAU fil-gżira Għawdxija. Iżda mhux biss, gvern Laburista jkun qiegħed jinkludi dan is-servizz fl-iskejjel biex tiżdied l-inklużjoni għax jemmen li fl-iskejjel dan is-servizz ikun aktar adekwat milli fil-forma ta’ sptar.

Ekonomija

Sport