Friday, November 22, 2024

Żieda ta’ 2.4% fin-negozji rreġistrati fl-2023

Aqra wkoll

Fl-2023, in-negozji rreġistrati fir-Reġistru tal-Istatistika tan-Negozju laħqu l-140,540, żieda ta’ 2.4 fil-mija jew 3,334 wieħed meta mqabbla mal-2022.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li n-negozji rreġistrati fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi kienu jgħoddu mat-13.6 fil-mija tan-negozji rreġistrati kollha fl-2023; il-Bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut kien responsabbli għal 13.4 fil-mija tan-negozji; l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni kienu responsabbli għal 12.2 fil-mija, filwaqt li l-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn ammontaw għal 7.9 fil-mija. 

Ħafna min-negozji rreġistrati (97.4 fil-mija) kienu jħaddmu sa disgħa min-nies (micro). In-negozji żgħar (10-49) u medji (50-249) għoddew 2,899 (2.1 fil-mija) u 608 (0.4 fil-mija) tan-negozji kollha, rispettivament. In-negozji l-kbar, li jħaddmu 250 persuna u aktar, ammontaw għal 152 (0.1 fil-mija).

L-għadd taʼ negozji rreġistrati, li jħaddmu bejn 0 u 9 persuni, żdied bi 3,297 wieħed, żieda ta’ 2.5 fil-mija meta mqabbla mal-2022. In-negozji rreġistrati, li jħaddmu bejn 10 u 49 persuna, żdiedu b’37 wieħed, żieda ta’ 1.3 fil-mija meta mqabbla mal-2022.

Sport