Sunday, October 27, 2024

Żieda ta’ 20% fil-pagamenti diġitali tal-BOV

Aqra wkoll

Hekk kif it-teknoloġija tkompli tevolvi, l-entitajiet qed ikomplu jsawru mill-ġdid il-mod kif jaħdmu sabiex jadattaw u jiksbu kwalunkwe benefiċċju minn soluzzjonijiet diġitali. Ix-xena tal-pagamenti hija waħda li kontinwament tinbidel u tiżviluppa f’firxa ta’ soluzzjonijiet diġitali li jistgħu jagħmlu l-ġestjoni finanzjarja ħafna aktar faċli, kemm mill-perspettiva tan-negozju kif ukoll tal-klijent.

74% tal-banek Ewropej raw żieda fit-trasformazzjoni diġitali u akbar prijorita’ fuq it-teknoloġija fis-settur finanzjarju. Fl-istess ħin madwar 65% tal-esperti f’diversi industriji madwar id-dinja jirrikonoxxu li anke l-akbar banek fid-dinja għandhom jintroduċu sens akbar ta’ innovazzjoni fil-prodotti tagħhom.

Waqt li titkellem matul l-SME Week ta’ din is-sena, Tonia Naudi, Kap tal-Multi-Channel Banking & Business Payments fil-Bank of Valletta, stqarret li d-diġitalizzazzjoni fis-settur finanzjarju se tipressa lis-soċjetà biex tħejji għall-mewġa li jmiss tal-innovazzjoni. “Il-banek għandhom rwol kritiku fit-triq tagħna għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitalizzati, hekk kif dawn jfasslu prodotti li jipprovdu lill-klijenti u lin-negozji bi propożizzjonijiet li jservuk aktar malajr, b’aktar effiċjenza u aktar favur l-ambjent” qalet is-Sinjura Naudi.

Is-settur bankarju f’Malta qed jinkoraġġixxi mezzi bankarji ġodda, billi jaqleb lill-klijenti mill-metodi tradizzjonali ta’ ħlas bi flus kontanti u ċekkijiet għal prodotti bankarji diġitali ta’ aktar effiċjenza u ħafna aktar sigurta’.

Il-Bank of Valletta huwa wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin fix-xena tas-soluzzjonijiet bankarji diġitali f’Malta. Il-Bank joffri sett ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-klijenti personali kif wkoll għan-negozji, irrispettivament mid-daqs tal-operat tagħhom, li jixtiequ jimxu mill-mezzi ta’ flus kontanti jew ċekkijiet għal pagamenti diġitali. Dawn jinkludu għażliet kemm għal ħlasijiet B2B kif ukoll għal ħlasijiet lil u minn partijiet oħra bħal impjegati u klijenti. Soluzzjonijiet addizzjonali jinkludu mezzi tal-EPOS mingħajr ebda kuntatt, internet u mobile banking.

“Minn Jannar li għadda, rajna tnaqqis ta’ 34% fl-użu taċ-ċekkijiet u żieda ta’ 20% fil-pagamenti diġitali. Barra minn hekk, madwar 87% tat-tranżazzjonijiet bil-kards tal-BOV isiru b’mod bla kuntatt. Dawn huma sinjali kontinwi li jħeġġuna niżguraw esperjenza aħjar għall-klijenti tagħna filwaqt li nipproteġuhom minn kwalunkwe attakki ċibernetiċi potenzjali, u b’hekk nipprovdulhom konvenjenza u sigurtà f’pakkett wieħed.”

Sport