Sunday, December 22, 2024

Żieda ta’ 28.3% ta’ Maltin li siefru fit-tielet kwart tas-sena

Aqra wkoll

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, huwa stamt li kien hemm 248,094 residenti f’Malta li ħarġu barra mill-pajjiż. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 28.3% fuq l-istess perjodi tas-sena li għaddiet.

Dan ħareġ minn stastika li ġiet ippubblikat mill-NSO fejn intqal l-Maltin qattgħu 1,817,893 lejl barra minn pajjiżhom fit-tielet kwart ta’ din is-sena.

Matul it-tlett xhur li fihom qiegħda ssir l-analiżi fl-istastika, ħareġ li kien hemm 173,848 safra ʼl barra mill-pajjiż għall-btala, filwaqt li kien hemm 41,342 safra li saru għal żjarat lill-ħbieb u l-qraba.

Il-biċċa l-kbira tal-Maltin li sifru matul dawn ix-xhur għandhom bejn 25 u 44 sena li jammontaw għal 44.2% filwaqt li dawk ta’ etba bejn 45 u 64 sena jammontaw għal 27.6%.

Kemm it-turisti li siefru biex imorru fʼpajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kemm it-turisti l-oħra li telqu biex imorru fʼpajjiżi oħra żdiedu bʼ26.5% u bʼ35.1%, rispettivament.

L-Italja baqgħet il-pajjiż fejn l-aktar li jmorru n-nies minn Malta, bʼpersentaġġ taʼ 38.9% tas-safar kollu

L-istqarrija tal-NSO tgħid li l-iljieli kollha mqattgħin mit-turisti li siefru żdiedu bi 30.5% biex qabżu il-1.8 miljun lejl. L-akbar għadd taʼ dawn l-iljieli – 57.7% – kienu mqattgħin fʼakkomodazzjonijiet mikrija. Matul dan is-safar, it-turisti qagħdu medja taʼ 7.3 ljieli.

Sena għal sena, bejn Lulju u Settembru l-infiq kollu mit-turisti li ħarġu ʼl barra mill-pajjiż żdied bʼ37.1% u laħaq il-€241.4 miljun, li jiġi daqs medja taʼ €973 kull persuna.

Ekonomija

Sport