Sunday, November 24, 2024

Żieda ta’ 4.6% fl-impjiegi full-time f’Jannar

Aqra wkoll

F’Jannar ta’ din is-sena, l-impjiegi reġistrati bħala full-time żdiedu b’4.6% filwaqt li dawk part-time żdiedu b’9.9% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. 

Dan joħroġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li turi li fuq perjodu ta’ sena, il-provvista tal-ħaddiema f’pajjiżna (esklużi l-part-timers) żdiedet b’3.9% għal total ta’ 245,726. 

L-istatistika turi wkoll li l-akbar żieda fl-impjiegi full-time kienu fis-setturi tal-akkomodazzjoni u tas-servizzi tal-ikel segwiti mis-settur tal-kostruzzjoni b’1,517 u 1,304 rispettivament. 

L-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’10,010 biex issa jlaħħqu l-193,130. Fis-settur pubbliku, l-impjiegi full-time żdiedu b’756 persuna biex ammontaw għal 51,479. In-numru ta’ persuni reġistrati bħala full-time self-employed żdiedu b’986 meta mqabbel ma’ Jannar tal-2021.

L-għadd ta’ part-timers li wkoll kellhom impjieg full-time kienu jammontaw għal 36,553, li jfisser żieda ta’ 13.8%. Dawk li kellhom impjieg part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom kienu jlaħħqu t-32,960, li jfisser żieda ta’ 6% meta mqabbel mal-istess xahar tal-2021.

Sport