Wednesday, April 24, 2024

Il-każi tal-Covid-19 jiżdiedu bi ftit u tmut persuna

Aqra wkoll

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 142 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 73 persuna. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,755. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 727 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn kien irrappurtat li mietet persuna waqt li kienet pożittiva għall-virus.

Sport