Friday, November 15, 2024

Żieda ta’ 5.9% fis-suq tax-xogħol fit-tielet kwart tas-sena 2023

Aqra wkoll

Stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar is-suq tax-xogħol f’Malta juri li matul it-tielet kwart tal-2023, l-impjiegi kienu jlaħħqu l-301,441, jiġifieri 64.7% tal-popolazzjoni. Dan juri li kien hemm żieda ta’ 5.9% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Ħareġ ukoll li bħala medja, 81 persuna minn kull 100 fl-età bejn il-15 u l-64 sena kienu qegħdin jaħdmu. Ir-rata ta’ xogħol għall-irġiel kienet ta’ 87.1%, filwaqt li għan-nisa kienet ta’ 73.2%. L-akbar sehem taʼ persuni li jaħdmu kien fl-età bejn il-25 u l-34 sena, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Il-biċċa l-kbira tan-nies li jaħdmu jagħmlu dan fuq bażi full-time jammontaw għal 263,584, filwaqt li l-37,857 oħra kellhom impjieg part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom. Bħala medja, il-persuni b’xogħol full-time ħadmu 41.2 siegħa, filwaqt li dawk part-time ħadmu 23.4 siegħa fil-ġimgħa.

L-NSO qal ukoll li fit-tieni kwart tal-2023, is-salarju bażiku medju fix-xahar tal-impjegati kien stmat taʼ €1,829. L-ogħla salarju bażiku kien irreġistrat fil-qasam tal-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni.

Dwar il-qgħad, l-NSO qal li l-ammont taʼ persuni qegħda għat-tielet kwart tas-sena, ammontaw għal 2.5%.

L-NSO temm jgħid li s-salarji medji fix-xahar varjaw minn €1,193 fost persuni impjegati fʼxogħlijiet elementari għall-€3,008 fost il-maniġers.

Ekonomija

Sport