Friday, December 27, 2024

Żieda ta’ 8% fl-impjiegi full-time f’Settembru 

Aqra wkoll

F’Settembru  li għadda, l-impjiegi full-time żdiedu b’ 8% filwaqt li dawk li kellhom impjieg part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom żdiedu b’3.5% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq informazzjoni provduta mill-Jobsplus turi li fuq perjodu ta’ sena, l-għadd ta’ ħaddiema (esklużi l-part-timers) laħħqu l-278,677. Dan kien attribwit primarjament għal żieda fl-impjiegi reġistrati full-time (20,549) u żieda fil-qgħad (49). 

L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bʼ726 meta mqabbel maʼ Settembru 2022, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bi 19,823. 

L-irġiel li jaħdmu full-time żdiedu bi 8.4 % filwaqt li n-nisa żdiedu bʼ7.3% fuq is-sena taʼ qabel.

Ekonomija

Sport