Bejn Lulju u Settembru li għadda, li jfisser fit-tielet kwart ta’ din is-sena, il-lukandi u l-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika kellhom żieda ta’ 9.9% fit-turisti u ta’ 11.9% fl-iljieli li t-turisti qagħdu fihom.
Dan ħareġ minn statistika li ġiet ippubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatisitika fejn intqal li bejn ix-xhur imsemmija l-ammont ta’ turisti li għażlu li joqogħdu fi istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva laħqu kważi s-750,000 persuna. Dan waqt li l-iljieli laħqu kważi tliet miljun u sitt mija u ħamsin elf lejl bi kważi 48% tal-iljieli turistiċi kienu fil-lukandi ta’ 4 stilel.
L-NSO jgħid li fit-tielet kwart tas-sena, l-użu tas-sodod żdied bi 2.4% u qabeż it-80% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
FʼSettembru li għadda, fʼpajjiżna kien hawn 323 stabbiliment taʼ akkomodazzjoni kollettiva, li bejniethom kellhom 21,403 ikmamar tas-sodda u ftit aktar minn 49,000 sodda.