Saturday, December 21, 2024

Żieda ta’ €90 fis-sena għal ħames snin fiċ-children’s allawance

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha kompla jħabbar aktar proposti, il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-tfal huma l-futur ta’ għada u għalhekk gvern Laburista se jkun qiegħed iżid iċ-children’s allawance b’€90 fis-sena għal ħames snin. Dan ifisser li ġenituri li qegħdin jirċievu dan il-benefiċċju ta’ €450, se jkunu qegħdin jingħataw id-doppju sal-aħħar tal-leġislatura.

Abela ħabbar ukoll żieda fil-bonus tat-twelid u l-adozzjoni għal €500. Huwa spjega li dan diġà żdied minn €300 għal €400, u issa se jkun qiegħed jitla għal €500.

Se jiżdied l-in-work benefit b’€50 għal erba’ darbiet konsekuttivi li jfisser €200 żieda sal-aħħar tal-leġislatura għal kull wild.

Ħabbar servizz ta’ childcare b’xejn għat-tfal kollha rrispettivament mill-fatt jekk il-ġenituri tagħhom jaħdmux jew le.

Se jkun qiegħed jingħata wkoll laptop b’xejn lill-istudenti tas-seba’ sena biex jintuża matul l-esperjenza sekondarja tagħhom. Barra minn hekk se tiġi estiża l-iskema tal-one tablet per child għas-sekondarja.

Familji bi dħul baxx se jkunu megħjuna b’uniformi ġdida fil-bidu ta’ sena skolastika u jingħataw servizz ta’ internett bażiku. Magħhom se jingħataw sett ta’ kotba għat-tfal kull sena biex jiġu mħeġġin jaqraw iżjed.

Ekonomija

Sport