Koppja Iranjana ngħataw piena ta’ 10 snin ħabs kull wieħed wara li nstab ħatja li żifnu ma’ xulxin fil-pubbliku. Aktar minn hekk huma nstabu ħatja li xi ħadd ħadilhom filmat li tellgħu online.
Il-ġuvni u t-tfajla li għandhom madwar 20 sena ġew akkużati li wettqu korruzzjoni, prostituzzjoni u anke propoganda kontra l-Gvern. Huma jidhru jiżfnu fil-kapitali ħdejn Azadi Tower.
Il-Gvern Iranjan qiegħda jagħti sentenzi ibsin ħafna lil persuni li huma jew kienu nvoluti fil-protesti, iżda l-koppja qegħdin jgħidu li huma m’għandhom xejn x’jaqsmu mad-dimostrazzjonijiet.