Tuesday, December 24, 2024

Zinedine Zidane jirrifjuta l-opportunità li jieħu post Mauricio Pochettino fit-tmexxija ta’ PSG

Aqra wkoll

Zinedine Zidane irrifjuta l-opportunità li jieħu post Mauricio Pochettino fit-tmexxija ta’ Paris Saint-Germain, ix-xahar li għadda.

Il-Pariġini jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-Ligue 1 b’vantaġġ komdu ta’ 11-il punt taħt il-gwida ta’ Pochettino, għalkemm id-difiża tagħhom tal-Coupe de France intemmet għas-spejjeż ta’ Nice fir-round tal-aħħar 16 nhar it-Tnejn.

Fost rabtiet frekwenti mal-impjieg ta’ Manchester United, Pochettino ssemma’ li jista’ jħalli lil PSG fl-2022, u l-club suppost kien ħerqan li jneħħih f’Jannar hekk kif bdiet tikber il-frustrazzjoni tal-partitarji fil-konfront tiegħu.

Zidane ġie identifikat bħala l-kandidat ewlieni biex jieħu post Pochettino, iżda l-ex bmanager ta’ Real Madrid irrifjuta ċ-ċans li jieħu t-tmexxija tal-club minn Pariġi bħala coach.

Huwa mifhum li Zidane mhux sodisfatt bil-mod kif qed jitmexxew PSG, kif ukoll bl-istil ta’ logħob tagħhom, u lanqas ma ried jiltaqa’ kontra Real Madrid fiċ-Champions League aktar tard dan ix-xahar.

Ekonomija

Sport