Wednesday, May 15, 2024

Declan Rice segwit minn tliet clubs ewlenin

Aqra wkoll

Manchester City, Manchester United u Chelsea kollha qed jippreparaw biex jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ West Ham United, Declan Rice, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Il-player ta’ 23 sena skorja tliet darbiet u rreġistra erba’ assists fi 28 dehra mal-Hammers matul l-istaġun 2021-22, bil-midfielder jerġa’ jgawdi minn staġun ieħor qawwija għat-team immexxi mill-manager David Moyes.

Rice għandu kuntratt fil-London Stadium sa Ġunju 2024, iżda kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu f’dawn l-aħħar xhur, b’numru ta’ clubs jingħad li huma ħerqana għas-servizzi tiegħu.

Man City, Man United u Chelsea kollha qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-internazzjonali Ingliż matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Ir-Red Devils huma maħsuba li identifikaw lil Rice bħala l-mira ewlenija tagħhom f’nofs il-ground, filwaqt li Chelsea ilhom għal żmien twil marbuta mal-player li huwa prodott tal-akkademja tagħhom fejn gradwa minnha fl-età ta’ 14-il sena.

Il-finalista tal-Euro 2020 skorja tmien darbiet u rreġistra disa’ assists f’173 dehra mal-Hammers minn meta għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel team lura fl-2017.

PSG għadhom maħsuba li qed jippjanaw li jakkwistaw coach ġdid minflok Pochettino, madankollu, bl-Arġentin jista’ jitneħħa minn dmirijietu sa Marzu li ġej.

Sport