Friday, September 20, 2024

Zinedine Zidane m’għandu l-ebda intenzjoni li jsir il-manager li jmiss ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Zinedine Zidane m’għandu l-ebda intenzjoni li jidħol fit-tellieqa biex isir il-manager li jmiss ta’ Manchester United.

Wara t-telfa kbira ta’ 5-0 kontra Liverpool nhar il-Ħadd, il-futur fit-tul ta’ Ole Gunnar Solskjaer f’Old Trafford qed jitqies bħala wieħed inċert.

Filwaqt li n-Norveġiż saħaq kategorikament li mhux se jirriżenja, għadha tippersisti l-ispekulazzjoni li s-sidien tal-United jistgħu jagħżlu li jakkiwstaw sostitut għalih.

Madankollu, Zidane ma jridx jitqies bħala alternattiva fil-tmexxija tal-United għall-futur qrib.

L-ex coach ta’ Real Madrid, li ilu bla xogħol mis-sajf, jingħad li jikkuntenta li jieħu perjodu sabbatiku qabel jiddeċiedi dwar l-irwol li jmiss.

Huwa mfhum li opportunità biss bħala coach ta’ Paris Saint-Germain jew ta’ Franza tiġbed l-interess ta’ Zidane fi żmien qasir.

Sport