Tuesday, September 24, 2024

Zlatan Ibrahimovic lura f’Jannar

Aqra wkoll

L-aħħar aħbarijiet mill-klinika ta’ AC Milan qed jgħidu li l-attakkant veteran Żvediż Zlatan Ibrahimovic mistenni jirritorna għal-logħob f’Jannar li ġej. Il-plejer ilu mweġġa’ sa minn Settembru li għadda u r-rijabilitazzjoni tiegħu ħadet ftit fit-tul minħabba li hu għandu 41 sena. It-tobba ma tantx riedu jgħaġġluh sabiex jirkupra iżda tawh l-aħbar it-tajba li sa Jannar ikun jista’ jilgħab.

Eventwalment Ibra kif inhu magħruf ikun jista’ jgħin lit-tim fil-fażi l-aktar importanti tal-UEFA Champions League meta tintlagħab il-fażi tal-aħħar sittax b’Milan li diġa’ sabu posthom hemmhekk.

Sport