Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, avża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm f’Qui-Si-Sana, Tas-Sliema (Kodiċi tas-Sit B 14) hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7.00 a.m. sat-3.00 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected] u [email protected].
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.