Thursday, October 17, 2024

Zuckerberg jitlef $31 biljun wara li naqsu dawk li jużaw Facebook

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kumpanija Meta qalet li għall-ewwel darba fi 18-il sena, naqsu l-ammont ta’ persuni li jużaw il-Facebook ta’ kuljum. 

Ma’ din l-aħbar ħareġ ukoll li l-ishma tal-kumpanija naqsu b’26.4%. Matul il-jum tal-Ħamis il-valur tal-istocks niżel b’aktar minn $230 biljun, f’telf rekord ta’ kuljum għal ditta Amerikana. 

Il-prezz tal-ishma tal-kumpanija ra l-valur nett tal-Kap Eżekuttiv Mark Zuckerberg jonqos b’$31 biljun, skont l-indiċi tal-Bloomberg Billionaires. 

Minkejja dan it-tnaqqis, Zuckerberg għandu valur nett stmat li jlaħħaq id-$90 biljun, li jfisser li għadu wieħed mill-aktar nies sinjuri fid-dinja. 

Sport