Saturday, December 21, 2024

Zuckerberg jitlef madwar €5 biljun wara ħsara teknika fuq Facebook

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kunfidenza tal-investituri fil-Facebook naqset bi ftit wara li t-Tnejn filgħaxija, il-pjattaforma, li tinkludi wkoll WhatsApp u Instagram sofriet problemi tekniċi u eluf spiċċaw mingħajr aċċess għal numru ta’ sigħat.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-isħma naqsu b’madwar 4.8 fil-mija u dan wassal biex il-Kap Eżekuttiv tal-pjattaforma Mark Zuckerberg spiċċa tilef biljuni ta’ euro.

Infatti Zuckerberg niżel ukoll fil-lista tal-aktar persuni sinjuri fid-dinja wara li l-ġid tiegħu naqas b’madwar €5 biljun. Minkejja dan huwa xorta għadu jitqies bħala s-sitt l-aktar persuna li għandu ġid fid-dinja.

L-aħħar darba li Facebook sofra ħsara simili fejn tant persuni minn madwar id-dinja spiċċaw mingħajr aċċess kien proprju fl-2019 meta l-pjattaforma għamlet madwar 14-il siegħa fi blackout.

Aktar qabel fl-2008, ħsara simili kienet wasslet biex Facebook ma kienx aċċessibbli għal ġurnata sħiħa.

Ekonomija

Sport