Ftit tal-minuti ilu, għadu kif ġie imniedi l-vidjow mużikali “Serving”, id-diska li biha l-kantanta Maltija Miriana Conte rebħet il-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena u se tirrapreżentana f’Basel f’Mejju li ġej.
Midja lokali rrapurtat kif l-EBU wasal għal qbil biex isir tibdil fl-isem u biex il-kelma “kant” ma tinstemax fil-kanzunetta.
Il-video mużikali jirrifletti kif sa tkun qed tinstema’ l-kanzunetta fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej. Fil-video mużikali wkoll Miriana tirrakkonta għadd ta’ esperjenzi li għaddiet minnh
Hi se tkanta fit-tieni nofs tat-tieni semifinali nhar il-15 ta’ Mejju.