Friday, November 22, 2024

Żvelati ir-riżultati kollha tal-Ballun tad-Deheb

Aqra wkoll

Ir-riżultati finali tal-vot kontroversjali tal-Ballun tad-Deheb tal-2024 ġew żvelati minn France Football.

Il-ġurnal Franċiż L’Equipe ta x’jifhem dwar id-dej­ta kkonfermata wara kif seħħet il-votazzjoni hekk kif l-istilla ta’ Real Mad­rid, Vinicius Junior, spiċċa fit-tieni post.

Is-sejħa biex jiġi njorat il-Brażiljan għall- ewwel Bal­lun tad-Deheb tiegħu ħolqot ‘maltempata ta’ kon­troversja’ hekk kif Los Blancos għażlu bojkott sensazzjonali tal- prem­jijiet.

L-istilla ta’ Spanja, Rodri, issemma’ bħala l-għażla numru wieħed fl-iżvelar finali wara li rebaħ il-Premier League ma’ Manchester City u l-Euro 2024 ma’ La Roja.

Hekk kif kollox issetilja fuq il-kwistjoni, l-ispeċifiċitajiet dwar kif Rodri rebaħ u Vini­cius Junior tilef’ x’aktarx li jikkawżaw aktar dibattitu, ibbażat fuq id-distakk bejniethom.

Ir-rapporti jindikaw li Rodri kiseb 1,170 punt bħala parti mill-proċess tal-votazzjoni, 41 biss aktar mill-ammont finali ta’ Vinicius Junior, li kien ta’ 1,129.

Din hija bidla sinifikanti mill-2023 fejn Lionel Messi għeleb lis-sieħeb tal-club ta’ Rodri, Erling Haaland, bi kważi 100 punt ta’ voti wara li rebaħ it-Tazza tad- Dinja tal-FIFA 2022 mal-Arġentina.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport