Il-President Russu Vladimir Putin minn dejjem kien diskret fejn jidħlu dettalji personali dwar familtu. Infatti, għal żmien twil huwa evita milli juża l-ismijiet ta’ wliedu fil-pubbliku.
L-ismijiet taż-żewġt ibniet ta’ Putin ġew żvelati fis-sanzjonijiet riċenti li proponiet l-Amerka fil-konfront tar-Russja.
It-tifla l-kbira jisimha Maria Vorontsova u għandha 36 sena. Hija studjat il-Mediċina fl-Università ta’ Moska.
It-tifla ż-żgħira, Katerina Tikhonova, hija sena iżgħar minn oħtha. Hija għandha għal qalbha ż-żfin u bħalissa hija involuta fir-riċerka u n-negozju.