Monday, March 9, 2026

ŻVILUPPATURI

Aqra wkoll

Hi ħaġa ċara li l-investimenti fi proġetti tas-setur privat jifformaw parti essenzjali mill-ekonomija moderna u għandhom jiġi inkoraġġuti u megħjuna. L-imprendituri li jtellqu l-proġetti u imbagħad iwassluhom sal-aħħar, jipposedu ħiliet tal-aqwa kwalità u naturalment għandhom isibu gwadann xieraq għall-isforzi tagħhom. Dan japplika għall-oqsma produttivi kollha, inklużi l-kostruzzjoni u s-suq tal-propjetà.

Madankollu hi ħaġa ċara wkoll li l-iżviluppaturi f’dawn l-oqsma ma jgawdux reputazzjoni tajba fost ħafna ċittadini. Jitqiesu bħala imprendituri li lesti jispekulaw fuq il-valur tal-art; lesti akkkost ta’ kollox, biex igħawġu r-regoli ta’ kif u fejn tibni, kif ukoll il-liġijiet ambjentali – basta jaslu fejn iridu, ġeneralment bil-ħsieb li bl-anqas spiża possibbli, jagħmlu l-akbar qligħ.

B’xorti ħażina, dawn is-suspetti ta’ spiss huma ġustifikati. Iċ-ċokon tat-territorju joħloq bażi għall-ispekulazzjoni: jiġri x’jiġri, kull farka ta’ art se żżid fil-valur tagħha minn sena għal sena. L-iżviluppaturi ta’ pajjiżna għadhom ma kkonvinċewx lill-maġġoranza tal-poplu li lesti jirrispettaw l-interess nazzjonali.

IL-BŻONNJIET TA’ INVESTIMENT 

Fl-imgħoddi, saru pjani tat-tul – sa minn qabel l-Indipendenza, anke jekk mhux għal għoxrin/ħamsa u għoxrin sena. Veru li t-“teknoloġija” tal-pjani nbidlet – lanqas baqgħu jissemmew hekk. Issa aktar saru jissejħu viżjoni jew xi ħaġa simili. Dejjem servew bħala mappa, dettaljata jew le, ta’ fejn ridna naslu… bħal fis-snin 70 tas-seklu l-ieħor meta l-bażi militari Brittanika kellha tiġi żmantellata.

Fil-pjani tal-imgħoddi, difett kien ikun li jintużaw ħafna kliem sbieħ u żejda, meta dokument iqsar kien ikun aktar konvinċenti. U difett ieħor: l-impennji dwar l-investimenti (kemm u kif se jsiru) inżammu vagi. Tista’ tgħid li l-istess difetti għadhom jinħassu: illum flok kliem, jintuża eċċess ta’ xow biz; waqt li dwar kemm se jkunu l-ħteġijiet ta’ investiment ftit jintqal.

BIDLA TAR-REĠIM

Fl-attakk Iżraeli-Amerikan fuq l-Iran spikka sa issa in-nuqqas ta’ stqarrijiet ċari min-naħa Amerikana dwar l-għanijiet wara dak li qed isir. Min-naħa ta’ Iżrael, dan ma kienx il-każ – il-fehma ta’ Netanyahu dejjem kienet li jiġbed lill-Istati Uniti ma’ Iżrael f’operazzjoni konġunta biex ikissru kompletament ir-reġim tal-Ayatollah. B’hekk jeliminaw it-theddida ta’ Iran li jkun armat b’missili nukleari u ballistiċi, waqt li jagħti appoġġ lil movimenti mitqiesa bħala terroristiċi fil-Lvant Nofshani. 

Għalkemm issa fil-prattika, l-Prim Ministru Iżraeli jidher li rnexxa fil-miri tiegħu, l-gvern Amerikan baqa’ ambigwu sa fejn irid jasal. Il-qerda tal-aqwa mexxejja fl-Iran donnu jfisser li jrid tassew bidla fir-reġim.  Imma fl-istess ħin, ma jridx jirrepeti l-iżbalji li saru fil-Vjetnam, fl-Iraq u fl-Afganistan, fost oħrajn… billi jibgħat suldati Amerikani fuq l-art tal-Iran biex tassew jikkontrollaw it-territorju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport