B’referenza għall-klawżola numru 17 tal-istatut tal-FMA, is-Segretarju Ġenerali tal-FMA qed jinnotifika lill-klabbs membri kollha tal-Assoċjazzjoni li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Futsal Malta Association ser issir nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Ġunju 2026.
Hawn taħt issibu l-aġenda għal din il-Laqgħa Ġenerali Annwali.
- Verifika tal-kompożizzjoni tal-Laqgħa u tal-Ewwel Delegati tal-Klabbs intitolati għall-vot;
- Approvazzjoni tal-Minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali preċedenti u tal-Minuti ta’ kwalunkwe Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret minn dakinhar;
- Approvazzjoni tar-Rapport tal-Attivitajiet tal-Assoċjazzjoni (Rapport Amministrattiv) għas-sena li għaddiet;
- Approvazzjoni tal-Kontijiet Awditjati u tal-Balance Sheet tal-Assoċjazzjoni (Rapport Finanzjarju) għas-sena li għaddiet;
- L-elezzjoni tal-Uffiċjali tal-Assoċjazzjoni msemmija fir-regola 33 (iii) (a) tal-Istatut tal-FMA;
- L-elezzjoni tal-Awditur Estern tal-Assoċjazzjoni għas-sena li ġejja;
- Kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe żieda jew emenda għall-Istatut tal-Assoċjazzjoni li setgħu ġew sottomessi; u
- Diskussjoni dwar kwalunkwe mozzjoni li setgħet ġiet sottomessa.
B’referenza għall-punt 5 tal-aġenda, peress li dan huwa t-tmiem tat-terminu ta’ tliet (3) snin tal-kumitat eżekuttiv attwali tal-Assoċjazzjoni, il-klabbs membri huma meħtieġa jeleġġu uffiċjali ġodda sabiex jiffurmaw il-kumitat eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni li ser imexxi l-Assoċjazzjoni għat-tliet (3) snin li ġejjin. In-nominazzjonijiet għall-karigi msemmija fil-punti 5 (a) sa 5 (d) huma miftuħa sal-Ġimgħa, 29 ta’ Mejju 2026.
Persuni interessati li jissottomettu n-nomina tagħhom huma mitluba jimlew il-formola elettronika li ġejja, li tiġbor informazzjoni dwar l-individwu, il-proponent u s-secondant.
Formola tan-Nomina > https://forms.gle/f2TiG94HCyGzg1NKA
Barra minn hekk, u skont il-punti 7 u 8 tal-aġenda, il-klabbs membri jistgħu jipproponu Mozzjonijiet u Emendi għall-Istatut tal-Assoċjazzjoni. Dawn it-talbiet jistgħu jsiru bil-miktub permezz tal-link li ġej mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 29 ta’ Mejju 2026.
Mozzjonijiet u Emendi > https://forms.gle/Nv7rL3YnpQxiGBY36



