Saturday, May 23, 2026

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jiksbu t-tieni draw fil-Euro Hockey Club Challenge 2

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks kisbu t-tieni draw tagħhom f’Pool B tal-Euro Hockey Club Challenge 2 li qed jintlagħab fil-belt Pollakka ta’ Torun, wara skor ta’ 1-1 kontra HC Siauliai

Iż-Żrieraq reġgħu kellhom wirja tajba kontra l-avversarji mil-Litwanja fejn saħansitra marru minn fuq fl-ewwel quarter għalkemm kellhom isofru l-gowl tad-draw fl-aħħar quarter.

Kien Gary Bonnici li poġġa lil Żurrieq minn fuq sabiex Julius Bandziulus ġab l-iskor indaqs. Illum GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għandhom impenn ferm diffiċli hekk kif fil-12:15pm jilagħbu kontra l-leaders tal-grupp Grammarians Hockey Club minn Ġibilta’ li lbieraħ għelbu lil Soroksari 2-1.

Fil-klassifika, Grammarians jinsabu l-ewwel b’għaxar punti segwiti minn GREE Żurrieq Wolves Hotsticks b’4 punti u Soroksari u Siauliai li għandhom tliet punti.

Sadanittant illum jidħlu fl-azzjoni ċ-champions Maltin Qormi Daikin li se jkunu qed jilagħbu fis-Slovenja fil-Euro Hockey Club Challenge 1 hekk kif se jaffrontaw lil Olimpiavinnitsa tal-Ukrajna fis-5.45pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport