Sunday, May 24, 2026

Valletta jirbħu l-FA Trophy għall-15-il darba

Aqra wkoll

VALLETTA…………….2

GZIRA UNITED……. 1

Minn Cristian Muscat

Valletta rebħu l-FA Trophy għall-15-il darba meta fil-finali dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1.

B’hekk huma anke kisbu post fil-kompetizzjoni tal- UEFA Conference League, biex għalqu l-istaġun fuq no­ta mill-aktar pożittiva.

Qabel il-partita, il-captain ta’ Valletta, Steve Borg, u Clayton Failla ta’ Gzira ġew ippreżentati bi flokk kommemorattiv hekk kif proprju din il-finali mmarkat l-aħħar partita fil-karriera glorjuża għalihom li rathom jirbħu kull unur li għandu x’joffri l-football Malti.

Valletta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara tmien minuti resqu ferm vċin li jiftħu l-iskor meta b’xutt fil-baxx, Andrea Zammit ġiegħel lill-goalkeeper, Edoardo Colombo, iwettaq save kbir.

Gzira wettqu reazzjoni u, fil-21 minuta, kienu huma li resqu  viċin li jsibu x-xib­ka, meta Maxuell Maia kellu t-tentattiv tiegħu jaħbat ma’ sieq il-lasta bil-ballun jiġi devjat minn Steve Borg u jintemm f’corner.

Żewġ minuti biss wara, Failla, xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Gabriel Bohrer Mentz li d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet salvata mill-goalkeeper, Adilson Aguero Dos Santos.

Il-Maroons komplew jippressaw u, fil-25 minuta, David Xuereb ra x-xutt tiegħu salvat minn Adilson, bil-ballun jintemm għand Maxuell Maia, li iżda, ġie mblukkat fil-ħin minn Emmanuel Moise Mbende.

Madankollu, fl-34 minuta, Gzira fetħu l-iskor  meta Maia għadda  lejn ANDRE CARLOS PENHA DA COSTA li għeleb lil Adilson bil-ballun jaħbat sieq il-lasta qabel intemm fix-xibka.

Fit-43 minuta, il-Beltin għamlu reazzjoni u resqu viċin li jiksbu d-draw meta bi tbatija Colombo salva d-daqqa ta’ ras ta’ Yannick Yankam.

Fid-49 minuta, il-goalkeeper Gżirjan kien se jinqabad barra minn postu mid-daqqa ta’ ras ta’ Zammit.

Madankollu fl-64 minuta, Valletta għamlu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ corner, u wara devjazzjoni żgħira, il-ballun intemm għand JAKE AZZOPARDI, li b’xutt mill-ewwel mill-viċin ma ħafirx.

Dan il-goal kien injezzjoni morali għall-Beltin, fejn huma ħadu l-kmand assolut tal-partita, u erba’ minuti biss wara, skorjaw il-goal tar-rebħa meta EMMANUEL MOISE MBENDE, approfitta minn indeċiżjoni ta’ Colombo li ħarablu l-ballun minn idejh … u mill-viċin iddepożita l-ballun fix-xibka.

Valletta: Adilson Aguero Dos Santos, Steve Borg, Andrea Zammit (Mattias Ellul 70), Brandon Paiber, Jake Azzopardi, Diogo Tavares, Yannick Yankam (Adebayo Ahmed Basher 46), Emmaneul Moise Mbende (Keith Brewer Shaft 86), Yuri De Jesus Messias (Jackson Mendoza 81), Sava Radic, Thaylor Aldama – Coach: Thane Micallef

Gzira U.: Edoardo Colombo, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg (Fabricio Silva Virgens 70), Brooklyn Borg (Stasa Bastic 59), Andre Carlos Penha Da Costa, Maxuell Maia, Clayton Failla, Luis Carlos Riascos, Ise­moli N’Sa (Johan Bonilla Calderon 81), David Xuereb – Coach: Darren Abdilla

Referee: Philip Farrugia

assistenti: Jurgen Spiteri, Luke Portelli

Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic

Skorers: A.C. Penha Da Costa 34 (GU), J. Azzopardi 64, E.M. Mbende 68 (V)

Ammoniti: A. Borg, C. Failla (G)

Attendenza: 5,837

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport