Tuesday, April 23, 2024

1.6 miljun ettaru jisfaw vittma ta’ nirien f’Kalifronja matul din is-sena

Aqra wkoll

Nirien f’Kalifornja ħarqu aktar minn 1.6 miljun ettaru matul din is-sena, aktar mid-doppju taż-żona maħruqa s-sena li għaddiet.

L-istat ta’ Kalifornja, li huwa l-aktar stat popoluż, esperjenza ħamsa mis-sitt l-akbar nirien fl-istorja tiegħu din is-sena, kaġun ta’ mewġiet ta’ sħana li x-xjentisti ambjentali jisħqu li kienu kkaġunati mit-tisħin tad-dinja.

Mill-inqas 31 persuna mietu kaġun tan-nirien, u aktar minn 8,454 dar u strutturi oħrajn inqerdu.

Bejn l-2010 u l-2017 l-istat ta’ Kalifornja esperjenza nixfa kbira, li kkaġunat mard u infestazzjonijiet li qatlu miljuni ta’ siġar. Din in-nixfa kompliet tikkontribwixxu fiż-żieda tan-nirien.

Sport