Għaxar studenti daħħlu isimhom fil-Lista tad-Dekan (Dean’s List) fi ħdan il-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Din hija d-29 sena konsekuttiva li studenti eliġibbli żdiedu f’din il-lista prestiġjuża, li ilha tgawdi mill-appoġġ tal-Bank of Valletta sa mill-bidu tagħha.
L-eliġibilità għal-lista tad-Dekan hija stretta ħafna fejn l-istudenti jridu jlestu minimu ta’ 120 ECTS fl-ewwel sentejn ta’ studji tagħhom. L-istudenti jridu jiksbu minimu ta’ 80 ECTS bi grad ‘A’ jew aħjar, 20 ECTS bi Grad B+ u 20 Passes mingħajr ma jeħlu mill-ebda credit.
L-għaxar studenti eliġibbli ġew mistiedna jiċċelebraw il-kisba tagħhom fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti mad-Dekan tal-Fakultà tal-Arti Prof Dominic Fenech u Charles Azzopardi, Kap tas-CSR fi ħdan il-Bank of Valletta. L-istudenti ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv kif ukoll donazzjoni monetarja mill-Bank.
“Din hija s-sitt sena konsekuttiva li n-numru ta’ studenti introdotti fil-lista tad-Dekan huwa f’ċifri doppji, xhieda tad-dedikazzjoni u l-ħidma sfiqa kemm ta’ dawn l-istudenti eċċezzjonali kif ukoll tal-istaff akkademiku fil-Fakultà,” qal il-Prof. Fenech. “Meta nqisu li għaxar studenti, minn fakultà li tiftaħar mat-300 gradwat fis-sena, daħlu fil-lista tad-Dekan, irridu napprezzaw tassew il-kobor tal-kisba tagħhom. Xorta waħda, in-numru jixhed it-titjib fil-kwalità tal-istudenti fil-Fakultà, meta wieħed iqis in-numri aktar baxxi tas-snin li għaddew. Li tingħaqad mal-Lista tad-Dekani, minbarra is-sodisfazzjon personali li ġġib magħha, tiftaħ il-bibien għal opportunitajiet ta’ karriera eċċellenti peress li hija xhieda ta’ etika ta’ xogħol u impenn sodi.”
Din is-sħubija fit-tul bejn il-Bank of Valletta u l-Università ta’ Malta tenfasizza l-impenn tal-Bank li jrawwem l-eċċellenza edukattiva u jappoġġa l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mexxejja fl-oqsma rispettivi tagħhom”, qal Charles Azzopardi. Is-suċċess ta’ dawn l-istudenti huwa ta’ ispirazzjoni għal kulħadd u nieħdu din l-opportunità biex nifirħulhom għall-kisbiet tagħhom u aħna żgur li se jkomplu jistinkaw għall-kobor fl-isforzi kollha tagħhom.
L-istudentli li daħlu fil-Lista tad-Dekan 2025 huma:
• Abela Marlena (B.A. Psikoloġija/Soċjoloġija)
• Amin Omran Fatima (B.A. Hons Antropoloġija u Psikoloġija)
• Borg Aimee (B.A. Storja Ewropea/Knowledge and Information Management)
• Brincat Francesca (B.A. Franċiż/Ġermaniż)
• Cachia Bradley (B.A. Hons Maltese u Komunikazzjoni)
• Camilleri Tyler Luke (B.A. Hons Ġermaniż u Relazzjonijiet Internazzjonali)
• Ellul Luca (B.A. Hons Lingwistika u Malti)
• Polidano Jonathan (B.A. Hons Ġeografija bl-Għarbi)
• Porter Nicole (B.A. Franċiż/Spanjol)
• Spiteri Nathania (B.A. Hons Soċjoloġija u Filosofija)