Sal-aħħar ta’ Mejju li għadda kien hawn 10,278 barrani li talbu biex jiġu ripatrijati lejn pajjiżhom.
Kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo li ta din il-figura fil-Parlament għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
Waqt li ta l-lista tal-pajjiżi minn fejn ġejjin Bartolo nforma lill-istess deputat li m’għandux informazzjoni dwar il-ġeneru tagħhom kif talbu.