Sunday, December 22, 2024

103 persuni jinqatlu fi splużjonijiet ħdejn il-qabar tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 103 persuni nqatlu f’żewġ splużjonijiet li seħħew viċin tal-qabar tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani fl-okkażjoni tar-raba’ anniversarju mill-qtil tiegħu mill-Istati Uniti.

Ix-xandar tal-istat Irib qal li għexieren ta’ persuni oħra ndarbu meta l-isplużjonijiet laqtu purċissjoni qrib il-moskea Saheb al-Zaman fil-belt ta’ Kerman fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Id-Deputat Gvernatur ta’ Kerman kien irrapportat jgħid li dan kien “attakk terroristiku”. Filmati li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew l-iġsma tal-persuni mal-art u ambulanzi jsuqu għal fuq il-post.

Soleimani kien meqjus bħala wieħed mill-aktar figuri prominenti fl-Iran wara l-Mexxej Suprem, l-Ayatollah Ali Khamenei, qabel inqatel f’attakk permezz ta’ drone tal-Istati Uniti fil-pajjiż ġar l-Iraq fl-2020.

L-inċident tal-Erbgħa seħħ fost tensjonijiet kbar fir-reġjun wara li d-Deputat Mexxej tal-grupp Ħamas inqatal f’dak li jidher li huwa attakk bi drone Iżraeljan fil-Libanu.

Il-midja Iranjana rrapportat li l-ewwel splużjoni seħħet fit-2.50 p.m. (ħin lokali) madwar 700 metru miċ-ċimterju tal-“Ġnien tal-Martri” madwar il-moskea Saheb al-Zaman.

It-tieni splużjoni seħħet madwar 15-il minuta wara, madwar kilometru bogħod minn dan iċ-ċimiterju. L-aġenzija tal-aħbarijiet Tasnim, ikkwotat sorsi li qalu li “żewġ basktijiet li kienu fihom il-bombi” apparentament ġew attivati permezz ta’ “remote control”.

Ekonomija

Sport