Wednesday, July 24, 2024

Isco jġedded il-kuntratt ma’ Real Betis

Aqra wkoll

Isco ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Real Betis hekk kif jinsab ferm għal qalbu ma’ dan it-tim mir-reġjun ta’ Andalucia. Din l-aħbar xejn ma kienet waħda tajba għal żewġ timijiet Spanjoli u tim ieħor mill-Arabja Sawdija li ma ssemmewx b’isimhom u li matul dan ix-xahar kienu qed jaħsbu biex jakkwistawh.

L-eks attakkant ta’ Real Madrid ġie milqugħ sew minn Real Betis u qed ikun protagonist bil-kowċ Manuel Pellegrini li qed jibdih sa mill-bidu u s’issa skorja żewġ gowls matul dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport