Wara li saru l-elezzjonijiet każwali għaż-żewġ partiti li tellgħu s-siġġijiet fil-Parlament, ġew eletti sitt nisa għall-Partit Laburista u sitta oħra għall-Partit Nazzjonalista bil-mekkaniżmu favur rappreżentanza iżjed ugwali fil-Parlament.
Dan il-mekkaniżmu ntuża għall-ewwel darba wara l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu u kien Gvern Laburista li introduċa din il-liġi favur rappreżentanza iżjed indaqs fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
NISA ELETTI F’ISEM IL-PARTIT LABURISTA
Alicia Bugeja Said, Cressida Galea, Abigail Camilleri, Amanda Spiteri Grech, Naomi Cachia u Davina Sammut Hili
NISA ELETTI F’ISEM IL-PARTIT NAZZJONALISTA
Janice Chetcuti, Paula Mifsud Bonnici, Julie Zahra, Bernice Bonello, Claudette Buttigieg u Eve Borg Bonello