Bħal-lum 12-il sena, l-Arċisqof ta’ Buenos Aires Jorge Mario Bergoglio ġie elett Papa tal-Knisja Kattolika wara ħames voti fil-Konklavi. Hu sar l-ewwel mexxej tal-Knisja Kattolika mill-Amerika t’Isfel.
Aktar minn hekk, Papa Franġisku sar l-ewwel mexxej tal-Knisja li hu patri Ġiżwita. Papa Franġisku kien ħa t-tmexxija tal-Knisja Kattolika wara li Papa Benedittu XVI rriżenja.
F’dawn is-snin kollha wera l-imħabba li għandu lejn l-immigranti fejn kontinwament jappella biex dawn jiġu aċċettati fis-soċjetà u meta jaħarbu minn pajjiżhom m’għandhomx jitkeċċew lura.
Papa Franġisku għandu viżjoni moderan u attwali u li dejjem priedka favur il-paċi fid-dinja.