Ed Sheeran jgħid li s-sitwazzjoni f’Gaża “mhix ġustifikabbli”

Aqra wkoll

Il-kantant Ed Sheeran fetaħ kunċert f’Philadelphia b’kummenti dwar Gaża fejn saħaq li dak li kien qed iseħħ huwa “katastrofiku u mhux ġustifikabbli”. 

“Qalbi maqsuma bl-iskala tal-qerda u t-telf ta’ ħajjiet ta’ nies ċivili, inklużi tfal,” qal Sheeran is-Sibt li għadda filwaqt li żied jgħid li huwa ried li l-mużika u l-kunċerti tiegħu jkunu dwar l-għaqda u l-umanità u mhux dwar il-politika. 

Fuq barra tal-istadium fejn sar il-kunċert, grupp żgħir ta’ dimostranti kienu qed iżommu bnadar tal-Palestina u bdew jgħajtu “Free, free Palestine”. 

Intant, il-Loop Tour ta’ Sheeran fl-Istati Uniti jinsab f’nofs kriżi wara li r-rapper Macklemore tneħħa bħala l-artist li kellu jiftaħ il-kunċerti nhar it-Tnejn, wara li s-sidien tal-istadiums fejn se jsiru l-kunċerti li jmiss oġġezzjonaw għall-fatt li huwa għajjat “Free Palestine” fuq il-palk fi New Jersey aktar kmieni dan ix-xahar. 

Sheeran, li għandu 35 sena, ċaħad li kien hu wara d-deċiżjoni li jitneħħa Macklemore u minflok tefa’ t-tort fuq il-promotur tat-tour. 

Meta tkellem fuq il-palk fil-bidu tal-kunċert tas-Sibt, huwa qal li “Kelli nieħu u nagħmel deċiżjonijiet diffiċli, u qed nagħmel żbalji u jiddispjaċini ħafna, ħafna għalihom.

“Ma rridx niddiżappunta lill-partitarji, u qatt ma ridt inkun mużiċist attivist, iżda dan poġġieni f’nofs dibattitu importanti dwar il-libertà tal-espressjoni u l-aktar kwistjoni politika kumplessa fuq il-pjaneta.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport