Sunday, May 5, 2024

121,190 mara fid-dinja tax-xogħol f’Malta f’Diċembru tal-2022

Aqra wkoll

F’Diċembru tas-sena li għaddiet kien hawn 121,190 mara mpjegati f’Malta. Dan ifisser żieda sostanzzjali fuq is-sena ta’ qabel meta fl-istess xahar tal-2021 f’pajjiżna kien hawn 71,338 mara jaħdmu.

Dan il-figuri ġew ippubblikati fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana meta ġie mistoqsi dwar kemm hawn nisa jaħdmu f’Malta mill-Onor. Grazueka Attard Previ.

Skont dak ippubblikat f’Diċembru tas-sena l-oħra kien hawn 98,404 mara jaħdmu full time, filwaqt li 4,148 mara oħra kienu jaħdmu full time, iżda b’sigħat imnaqqas. Irreġistrati part time kien hawn 18,638 mara jaħdmu fi tmiem tas-sena li għaddiet.

In-nies kollha li hawn jaħdmu f’Malta, f’Diċembru tal-2021 kien hemm 38.8% li kienu nisa. Filwaqt li f’Diċembru tal-2022 dan il-persentaġġ żdied għal 41.0%.

Sport