Wednesday, April 24, 2024

Il-kor “FOREST Prep School choir” bi żjara f’pajjiżna

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni Kulturali Papa San Ġwanni Pawlu II (JP2) se tospita Kor mir-Renju Unit.

Il-Kor “FOREST Prep School choir” li ġej minn Londra, imiss ma’ waħda mill-eqdem foresti rreġistrati, għalhekk l-isem!

Il-kor ipparteċipa f’numru ta’ kunċerti prestiġjużi fir-Renju Unit. Kanta fil-Katidral ta’ San Pawl, fis-Saint James’ Piccadilly u fis-Sant Bart’s the Great. Il-kor ikanta l-aktar repertorju sagru, u ż-żjara ta’ dan il-Kor f’Malta jimmarka t-tieni mawra tagħna barra mil-Renju Unit.

Ir-repertorju tal-kor kiber għal taħlita ta’ mużika korali klassikakemm tradizzjonali kif ukoll kontemporanja kif ukoll taħlita ta’ kanzunetti pop u teatrali mużika teatrrali.

Il-kor kanta f’festivals madwar ir-Renju Unit, u jinsab eċitat ħafna li jwettaq programm ġdid fiż-żjara tiegħu ta’ tlett ijiem f’Malta u Għawdex.

Il-Kor se jkun qed jesegwixxi fi tliet lokalitajiet differenti.

Nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju 2023 il-kor se jtella’ l-ewwel kunċert tiegħu fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, li jibda fis-7.45pm hekk kif jintemm is-servizz tal-knisja.

Nhar it-Tnejn 22 ta’ Mejju 2023 il-kor ser jagħmel it-tieni kunċert tiegħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl fil-Munxar Għawdex. Jibda fis-6.45pm hekk kif jintemm is-servizz tal-knisja.

Nhar it-Tlieta 23 ta’ Mejju 2023, il-kor ser itella’ t-tielet u l-aħħar kunċert tiegħu fil-Każin tal-Banda Sant’Anton ta’ Padova, Birkirkara u jibda fit-8.00pm.

Sport