Saturday, December 14, 2024

13-il xahar ħabs fuq serq minn vending machines

Aqra wkoll

Kevin Azzopardi ta’ 45 sena kien ikkundannat 13-il xahar ħabs wara li ammetta għal akkużi ta’ serq u attentat ta’ serq minn diversi vending machines f’sitt okkażjonijiet differenti.

Il-każi seħħew bejn Diċembru 2021 u Jannar 2022 fil-Marsa, il-Floriana u l-Imsida. Azzopardi wieġeb ħati wkoll li għamel ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor u li sar reċediv. 

Huwa kien arrestat fit-13 ta’ Jannar mill-Pulizija li kienu ronda fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Floriana, fejn innutaw raġel ħdejn vending machine ta’ pompa tal-petrol jixbah suspettat li kien wettaq serq mill-istess magni.

Intqal li l-Pulizija bdiet miexja lejh iżda xħin lemaħ il-pulizija, ir-raġel beda miexi biex jitlaq minn fuq il-post. Il-Pulizija segwietu u tatu ordni biex jieqaf imma minflok ir-raġel telaq jiġri sabiex jaħrab.

Huwa ġie arrestat ftit mument wara u minn tfittxija li saret irriżulta li r-raġel kien fil-pussess ta’ oġġetti relatati ma’ serq. 

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, Azzopardi wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u kien ikkundnanat 13-il xahar priġunerija. Huwa tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ trattament għal perjdou ta’ tliet snin. 

Il-Qorti fissret fi kliem sempliċi r-riperkussjonijiet jekk din l-ordni ma tiġix obduta.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kevin Pulis u Gabriel Micallef. 

Ekonomija

Sport